27/05/2026
San Dubjuż
Ilhom xahar joħduli moħħi,
‘qas ħallewli enerġija,
xemgħa u wegħda wara l-oħra,
qed inħoss rasi ddur bija.
Spiċċajt nitlob lil ta' fuqi,
forsi b'xi mod jilluminani,
jgħidli lil min se nivvota,
lil dak li mhux se jiżlugani.
Lil dak li se jagħtini x-xita,
forsi tikber il-foresta,
il-ħanżir xeba' Ta’ Qali,
hemm m'għandux fejn jagħmel festa.
Nitlobkom ieqfu itolbuni,
lanqas xagħra ma baqagħli,
tistgħu tgħidu sirt patrun
tal-kampanja elettorali.
Artistic concept, set design & photography: Lorella Castillo
Model: Jeff Fabri